Marlene Farrugia, Kap tal-Partit Demokratiku u kandidata Nazzjonalista, ntlaqgħet b'ferħ, ħeġġa, ċapċip f'merħba ta' eroj nhar il-Ħadd li għadda, Ħadd il-Palm. Din hija t-tieni darba li Farrugia se tkun kandidata mal-Partit Nazzjonalista, hekk kif kienet ikkontestat mal-istess partit fl-1998 fuq il-ħames distrett. Farrugia tiddeskrivi lilha nnifisha bħala Laburista li vvutat PN fl-1998, imbagħad marret lura mal-Partit Laburista, waqqfet il-Partit Demokratiku biex issa se tkun kandidata mal-Partit Nazzjonalista.
Nhar il-Ħadd li għadda fl-Isla l-attivisti tal-PN laqgħu lil Farrugia b'merħba ta' eroj, biċ-ċapċip u l-kant tad-diska sinonima mal-kampanja elettorali tal-PN tal-1998, We Take the Chance.
Huwa mistenni li Farrugia tikkontesta fuq il-ħames distrett, apparti li qed tissemma wkoll bħala kandidata fit-tieni distrett.
Marlene se tieħu ċans....