Filmati | Leħen l-Ewropa mhux joħroġ biżżejjed mill-Palazz tal-ħġieġ ta’ Brussell
Akkademiċi u studenti mill-Universita mistiedna fi Brussell
More in Politika
Akkademiċi u studenti mill-Universita mistiedna fi Brussell
Akkademiċi, studenti u amministraturi mill-fakulta tas-Social Wellbeing (Tisħiħ tas-soċjeta) mill-Universita ta’ Malta kienu mistiedna fi Brussell. Mertu ta’ żewġ mpe’s Maltin, Miriam Dalli u Therese Comodini Cachia li mingħajr ma ħarsu lejn kuluri u timbri politiċi, ħadmu id f’id favur il-poplu Malti u stiednu grupp ta’ 10 persuni biex jesperjenzaw mill-qrib dak li qed jinħema fi Brussell f’dak li jirrigwarda l-aġenda soċjali.
Il-grupp ta’ 10 kien immexxi mid-dekan tal-fakulta Andrew Azzopardi, mid-deputat dekan u kap tal-psikoloġija Dr Greta Darmanin Kissaun, mill-Kap tal-counselling u President tal-assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Counselling, Dr Dione Mifsud u mill-psikjatra u chairman tas-servizzi mentali u senior lecturer fl-Universita Dr Anton Grech. Magħhom ingħaqdu sitt studenti, Andrea Amato Gauci, studenta tal-psikoloġija, Solange Abela studenta tal-istudji taż-żgħażagħ, Maude Muscat, lecturer fl-istudji taż-żgħażagħ, Lara Ellul assistenta tad-dekan, Karen Decelis studenta tal-counselling u Renita Agius amministratur fid-dipartiment tal-familja.
Fi programm intensiv dawn kollha ltaqgħu f’laqgħat ma’ diversi organizzazzjonijiet politiċi u anke NGO’s li jaħdmu fi Brussell u skont huma stess tgħallmu ħafna, anke jekk uħud minnhom għandhom esperjenzi kbar Internazzjonalment fejn jidħlu konferenzi u seminars fuq is-suġġetti li huma esperti fih. Iltaqgħu ma diversi MPE’s barranin barra mal-istess Miriam Dalli u Therese Comodini Cachia, iltaqgħu wkoll ma’ membru mill-Autism Europe, mal-Caritas Europe, mal-European Youth Forum, Ilga Europe, ma’ Aldo Xhani tal-ALDA u anke sabu l-ħin biex anke jiltaqgħu miegħi biex nintervistahom fuq il-paġni tagħna minn Brussell. U dan kollu fi tliet ijiem. Tistgħu taħsbu kemm kellhom free time għalihom, speċjalment li hawn il-ħwienet fi Brussell jgħalqu fis-6 p.m. u żgur li ftit jew xejn kellhom ħin jagħmlu xi ftit shopping kif aħna mdorrijin aħna l-Maltin. Iżda żgur li l-aqwa akkwisti m’għamluhomx mill-ħwienet tal-ħwejjeġ iżda mill-ħanut jew aħjat kif sejjaħlu Dr Dione Mifsud mill-palazz tal-Parlament li lejn Malta se jkunu jġibu nformazzjoni u għarfien iżjed dwar dak li jinħema fi Brussell għal poplu Ewropew.
Meta tkellimt magħhom fil-fatt qablu kollha kemm huma l-innutaw xi ħaġa li l-Ewropa għandha taħdem fuqha, li twassal eżatt dak li qed isir fi Brussell u barra Brussell lil popli tagħha għax ftit jew xejn jafu x’qed isir fil-palazz tal-ħġieġ fi Brussell. Dr Greta Kissaun qaltilna li nnutat bil-ferħ li fejn tidħol l-leġislaturi tal-libertajiet ċivili Malta qiegħda fuq ta’ quddiem. Min-naħa l-oħra Dr Anton Grech qal li biex tkun taf x’qed jinġema fl-ewropa, wieħed irid imur Brussell meta suppost il-kontra l-Ewropa għandha tmur fil-pajjiżi twassal il-messaġġ tagħha. “Hemm bżonn li l-Ewropa toħroġ mill-bubble tagħha” qalilna l-psikjatra Anton Grech. Min-naħa l-oħra Dr Andrew Azzopardi qalilna li anke jekk wieħed isib x’jilmenta fuq l-ewropa xorta jibqa fatt li l-ewropa hi esperiment fantastiku li tlaqqgħek ma nies differenti u għalhekk hu esperiment importanti ħafna fid-dinja tal-lum. Qal ukoll li l-Ewropa għandha torganizza aktar seminars u laqgħat fl-Universitajiet fil-pajjiżi kollha Ewropej ħalli tkun qed tilħaq aħfan akytar mill-popli tagħha. Il-professuri universitarji qalulna wkoll li l-ewropa għandha tieħu ħsieb li tagħti direzzjoni x’hemm bżonn ta’ riċerka issir minn kull universita biex b’hekk ikunu jafu eżatt l-bżonnijiet vera. “Trid tindikalna r-riċerka” qaltilna l-kap tal-psikoloġija Greta Kissaun. Andrew Azzopardi qalilna li hemm bżonn li l-ewropa għandha tara li n-nies ikunu jafu li l-ewropa qiegħdha hemm biex ittejjeb il-ħajja tal-popli tagħha u n-nies jaraw kif l-Ewropa qed tgħinhom. “Dan hu l-benefiċċju li se nieħdu magħna lura minn Brussell.”
Intervisti mal-protagonisti:
Video is unavailable at this time.
“Iltqajt mal-Ewropa Soċjali kif qed tirrispondi għal tant sfidi” – Dr. Andrew Azzopardi
“Kienet inizjattiva li ħarġet biha l-fakulta li b’kollaborazzjoni sħiħa mal-MPE Miriam Dalli u Therese Comodini Cachia għamilna din l-istudy visit magħmula minn akkademiċi, studenti u anke amministraturi fejn ġejna hawnhekk bie xnippruvaw nifhmu ftit aktar l-aġenda soċjali kif qiegħda tinħema hawnhekk fl-istituzzjonijiet Ewropej. Kellna ħafna laqgħat mal-gruppi politiċi, NGO’s u lobby groups li qed jagħmlu x-xogħol li jikkumplimenta ħafna dak li qed nagħmlu aħna wkoll fil-qasam akkademiku.
“Ir-relazzjonijiet u l-pontijiet li bnejna f’dawn il-laqgħat kollha huma kruċjali. Stabbilejna ‘networks’ kif l-ewropa qed tiġġestixxi din l-aġenda tant importanti u sensittiva fil-qasam soċjali. Iltqajt mal-Ewropa soċjali kif qed tirrispondi għal tant sfidi li għandna f’dan is-settur. Importanti li mhux biss nieqfu fid-diskors u trattati, iżda li n-nies ikunu jistgħu jirrispondu għal bżonnijiet tagħhom.”
“Meta tiġi hawn tirealizza kemm il-ħajja tagħna hi affetwata minn dak li jsir fi Brussell” – Il-Psikjatra Anton Grech
Video is unavailable at this time.
“Din kienet esperjenza x’inhi l-ewropa u x’tagħmel l-ewropa. Aħna meta naħsbu fl-ewropa qisna naraw dik ix-xi ħaġa mbegħdha, iżda meta tiġi hawn tiddiskuti u titkellem tirealizza kemm il-ħajja ta’ kuljum hi affetwata x’jiġri ġo Brussell. Laqatni ħafna li l-laqgħat li kellna ma kinux biss ma’ nies ta’ pożizzjoni, iżda ltqajna ma’ pressure groups u organizazzjonijiet u fhimt iżjed kif jittieħdu d-deċiżjonijiet hawnhekk. Hu proċess ta’ djalogu u kbir u għalhekk forsi kultant l-ewropa tidher li qed tkun ‘slow’ fiod-deċiżjonijiet li tieħu. Aħna bħala Maltin irridu nkunu aktar preżenti f’dawn id-diskussjonijiet għax fl-aħħar mill-aħħar id-deċiżjonijiet li jittieħdu jaffetwaw l-ħajja tagħna l-Maltin.
“Minn din l-esperjenza ħadt li qed inħoss aktar il-polz tal-ewropa. Ewropa li għandha d-diffikultajiet tagħha iżda għandha polz li għadu jħabbat sew. L-aktar ħaġa li tatni sodisfazzjon kienet li aħna ġejna bħala universita u ‘beyond’ il-politika partiġġjana u kienu żewġ membri parlamentari min-naħat opposti li għenuna biex ġejna. Iltaqgħu magħna fuq l-istess mejda, tkellimna fil-miftuħ bħala maltin. Dan kien eżempju kif għandhom ikunu l-affarijiet.”
“Hawn hu palazz li hu ftit inaċċessibbli għal ċertu nies” – Dr Dione Mifsud
Video is unavailable at this time.
“Il-counselling hu professjoni fejn wieħed jgħin lil persuna li qed tbati biex tgħin lilha nnifisha f’mument diffiċli fil-ħajja tagħha. Il-fatt li ġejt hanwhekk kienet inizjattiva ta’ min ifaħħarha ħafna. Nafu l-programmi tal-ewropa, nafu fejn nistgħu nagħmlu riċerka li tista tgħin anke l-mod kif aħna nifhmu l-problemi ġeneriċi li qed isiru f’dan il-kontinent. Se mmur lura lejn Malta b’għarfien ġdid grazzi għal din l-inizjattiva li waħħdet iż-żewġ spettri tal-politiċi f’pajjiżna.
“Bla ebda dubju nistqarr li għalkemm naħdem fuq livell internazzjonali kien hemm affarijiet li ma kontx nafhom. Dan ifisser li xi ftit jew wisq dak li qed isir hawn mhux qed jasal għand in-nies. Il-fatt li kelli niġi jiena hawn biex insir nafhom u mhux bil-kontra tagħtina ftit l-idea li hawnhekk jista jkun palazz li hu xi ftit inaċċessibbli għal ċertu nies. Ikun tajjeb li n-nies li qegħdin hawn ikunu jafu biha din biex jaħdmu li jkunu eqreb lejn in-nies, biex in-nies iħossu l-preżenza ta’ dak li qed isir hawnhekk.”