Tmien xhur ħabs għal serq fis-siegħat bikrin ta' filgħodu

Il-Maġistrat Joe Mifsud jagħmel rikjesta biex il-Libjan ikun provdut b'rijabilitazzjoni għall-vizzju 

(arkivji)
(arkivji)

Raġel ta' 38 sena mill-Libja kien ikkundannat tmien xhur ħabs wara li ammetta l-akkużi miġjubin kontrih ta' serq ta' mowbajl, li kien riċediv u li wettaq reat ieħor waqt il-ħelsien mill-arrest. 

L-inċident seħħ nhar is-16 ta' April 2017 fis-siegħat bikrin tal-4:00 a.m. and 6:00 a.m. Il-Qorti semgħet kif l-akkużat Kaled Mukthar Ben Gamhur, għandu l-vizzju tad-droga. Il-Maġistrat Joe Mifsud, li kien qed jippresjiedi l-każ, għamel rikjest formali lill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin biex l-akkużat ikun provdut b'servizzi ta' rijabilitazzjoni mid-droga waqt li jkun qed iservi s-sentenza tiegħu.  

L-Ispettur Daryl Borg mexxa l-Prosekuzzjoni waqt li Leontine Abela dehret għall-akkużat. 

 

 

More in Politika