Busuttil: 'L-ambjent sar vittma politika tal-Gvern'

Il-Kap tal-PN  jiltaqa' mal-imsieħba soċjali u jitkellem dwar l-ambjent

Il-Kap tal-Oppożizzjoni jiltaqa' mal-imsieħba soċjali
Il-Kap tal-Oppożizzjoni jiltaqa' mal-imsieħba soċjali

"Id-dokument tal-Partit Nazzjonalista dwar il-politika ambjentali jista’ jsib appoġġ sħiħ kemm minn imprendituri kif ukoll minn ambjentalisti,"  Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt laqgħa mal-imsieħba soċjali fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD)

Simon Busuttil qal li l-ambjent u l-ekonomija mhumiex kontra xulxin iżda huma, għall-kuntrarju, kkumplimentari għat-titjib tat-tnejn. Huwa qal li ambjent aħjar isaħħaħ l-ekonomija u ekonomija tajba tfisser ambjent aktar san. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-ambjent huwa parti intrinsika mill-kwalità tal-ħajja u hemm affarijiet li ma tistax tikkwantifikahom fi flus. Huwa semma’ affarijiet bħas-saħħa, l-ħsejjes, l-arja, l-ilma, u affarijiet oħra li l-valur tagħhom mhuwiex biss ekonomiku iżda jagħmlu differenzi kbira fil-mod kif ngħixu. 

Id-dokument ‘Kwalità ta’ Ħajja Aħjar’, li ressaq il-PN is-sena l-oħra, jħares b’mod wiesa’ lejn l-ambjent u joffri proposti fattibbli dwar diversi oqsma tal-ħajja. Huwa qal li Malta trid mhux biss tilħaq standards Ewropej imma tista’ wkoll taqbżihom, bħal pereżempju fis-settur tal-enerġija alternattiva, fejn il-Partit Nazzjonalista qiegħed jipproponi l-introduzzjoni ta’ Solar Roads. 

Simon Busuttil li każi bħal taż-Żonqor u tal-art tal-ITS juru kemm illum l-ambjent sar "vittma tal-politika u li l-Gvern m’għandux jiddeċiedi waħdu dwar trasferiment ta’ art pubblika f’ODZ. Simon Busuttil qal li Gvern ġdid Nazzjonalista jara li dan jibda jsir bi qbil ta’ żewġ terzi fil-Parlament." 

 

 

More in Politika