Malta tirreġistra surplus ta' €123 miljun

Malta t-tieni l-aktar pajjiż fl-UE bl-akbar surplus, wara l-Lussemburgu

Fil-perjodu ta' bejn Ottubru u Diċembru tas-sena li għaddiet, jiġfieri l-aħħar kwart tal-2016, il-Gvern irreġistra surplus ta' €123.1 miljun. 

Minn statistika maħruġa mill-Eurostat, jidher kif fl-2016, Malta kienet it-tieni l-aktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea li rreġistra l-akbar surplus, b'1% tal-PGD. Din il-figura tiġi biss wara l-pajjiż tal-Lussemburgu, b'1.6%, u jiġi qabel pajjiżi bħaż-Żvezja, il-Ġermanja u l-Greċja.

 

More in Politika