Huwa imminenti li jintlaħaq 'ftehim storiku' dwar żieda fil-paga minima nazzjonali. Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat waqt li kien qed jindirizza konferenza organizzata mill-GWU u l-Forum Unions Maltin.
Muscat qal li n-negozjati jinsabu fl-aħħar fażi u fadal biss li jiġu maqbula l-aħħar dettalji. Huwa faħħar il-ħidma tal-imsieħba soċjali, partikolarment l-eks direttur ġenerali tal-Malta Employers Association Joe Farrugia, li ddeskrivieh bħala 'referee' tul in-negozjati, hekk kif fittex li jkun hemm qbil bejn l-għaqdiet ta' min iħaddem u t-trade unions.
Minkejja dan, Muscat wissa lill-imsieħba soċjali li jridu jkunu lesti li jsibu kompromess fuq uħud mit-talbiet tagħhom, jekk irid ikun hemm ftehim li jkun hemm qbil dwaru.
"Jekk se jkun hemm ftehim, jeħtieġ li jintlaħaq kompromess," sostna Muscat. "Issa, kull imsieħeb soċjali se jkun qed jiġġieled għal dak id-dettall, imma jridu jifhmu li jew se jkun hemm ftehim jew le."
Mingħajr ma ta dettalji ta' kif dan il-ftehim se jkun qed jaħdem, il-Prim Ministur qal li dan se jkun "kisba storiku li se ċċaqlaq il-pedamenti tal-pajjiż lejn mudell ta' progress soċjali sostenibbli."