Busuttil jinsisti biex il-Prim Ministru jirriżenja

Simon Busuttil isostni li “Sakemm il-Prim Ministru se jżomm il-kariga...ma tistax issir investigazzjoni sew fuqu.”

Wara laqgħa mal-President li kellhu Simon Busuttil dalgħodu, huwa appella biex hija tintervjnei sabiex il-Prim Ministru jirriżenja.

Busuttil qal li filwaqt huwa jifhem li l-President ma tistax tkeċċi l-Prim Ministru, imma bħal ma qaltlu hi stess, "għanda l-awtorità morali li titkellem hi biex il-Prim Ministru jitlaq."

Il-President ħarġet stqarrija li fiha għamlet żewġ punti, l filwaqtl i l-poteri tagħha huma limitati, hija se teżerċità l-poteri li għanda, u li l-liġi f’pajjiżna trid tiġi osservata minn kulħadd.

Busuttil saħaq li issa flimkien mal-PN, issa hemm ukoll nies b’fehma politika differenti li jaqblu li Joseph Muscat għandu jirriżenja. Huwa sostna li minħabba li jinsab taħt inkjesta maġisterjali, huwa f’obbligu li jirriżenja, bħal ma għamel dak tal-Iżlanda, li kien involut ukoll fil-‘Panama Papers’. Busuttil spjega li l-każ ta’ Malta huwa l-aktar wieħed gravi tal-‘Panama Papers’, agħar minn dak tal-Iżlanda, iżda minkejja dan, dak il-Prim Ministru irriżenja.

Busuttil qal li jekk ma jirriżenjax minn Prim Ministru, Joseph Muscat ikun qed joħloq kunflitt ta’ interess fuq l-investigazzjoni li għaddejja fuqu. Huwa semma wkoll kemm diġà l-investigazzjonijiet mhux sejrin sew, “hekk kif bdew wara li ngħata ċ-ċans lil-sid tal-Pilatus Bank jaħrab bil-provi.”

“Sakemm il-Prim Ministru se jżomm il-kariga, ma tistax issir investigazzjoni sew fuqu.”

It-tielet raġuni għaliex il-Prim Ministru għandu jirriżenja huwa li skont Busuttil huwa nqabad f’ħames gideb meta ddefenda l-allegazzjonijiet dwar Egrant, fosthom l-indirizz tal-kumpanija f’San Gwann, l-isem tas-sid ta’ Egrant, u l-post ta’ twelid ta’ martu Michelle.

Busuttil semma kif l-inkjesta issa għaddejja, wara li l-provi nħarġu mill-Pilatus Bank u li issa din l-inkjesta għanda tinvestiga kollox, inkluż il-kontijiet ta’ Keith Schembri u ta’ klijenti tal-istess bank mill-Azerbaijan.

More in Politika