Busuttil: 'Keith Schembri għandu jkun arrestat u interrogat ilejla stess'

  • Il-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid li għandu provi dwar tixħim minn Keith Schembri minn flus mill-iskema taċ-ċittadinanza
  • Jallega li Schembri rċieva €100,000 minn flus għall-iskema ta' ċittadinanza
  • Dwar Egrant Busuttil jfakkar li DCG ħarġet l-informazzjoni mhux hu

Il-Kap tal-Oppożizzjoni jallega li Schembri xxaħħam u għandu jkun investigat
Il-Kap tal-Oppożizzjoni jallega li Schembri xxaħħam u għandu jkun investigat

F'konferenza tal-aħbarijiet li għadu kif indirizza l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal illi ċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-PM Keith Schembri għandu kont bankarju fil-Bank Pilatus u li daħħal flus mill-iskema ta' ċittadinanza. Busuttil qal illi dan ifisser li l-iskema ta' ċittadinanza hija wkoll maqbuda f'morsa ta' korruzzjoni. 

Busuttil qal li għandu provi u informazzjoni li fil-Bank Pilatus kien hemm kont fuq Willerbie Trade Inc. reġistrata fil-British Virgin Islands. Busuttil qal li daħlu 'l fuq minn €166,000 fil-kont li kien qed imexxi Brian Tonna. Busuttil qal li dawn il-flus huma ta' tliet Russi, li sostna li għandu 'isimhom'. Huwa allega li għadda €100,000 lil Schembri, f'pahamenti maqsmin fi tnejn ta' €50,000. 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li dawn id-dettalji huma 'fatti bil-provi.' Huwa akkuża lil Tonna u Schembri b'reati ta' ħasil ta' flus u korruzzjoni. Intant Busuttil fakkar kif Muscat siefer kemm il-darba biex jimbutta l-iskema ta' ċittadinanza.

L-ewwel darba li dawn l-allegazzjonijiet kienu saru fil-fatt kien lura fl-24 ta' Mejju 2016 li wkoll kienet semmiet kif Brian Tonna, li ddeskrivietu bħala accountant 'korrott' li kellu kont fil-bank Pilatus, minn fejn kienu jgħaddu flus għal kont ta' Schembri. 

Busuttil fakkar li Schembri diġa "kien inqabad bil-kont tal-Panama.' Busuttil qal li jinasb diżgustat u li din hija korruzzjoni mill-aktar 'moqżieża' u għamilha ċara li jinsab ċert minn dak li qed jgħid. "Għalhekk se nagħmel talba lill-Maġistrat Aaron Bugeja (li qed imexxi l-inkjesta dwar jekk Egrant hix ta' Michelle Muscat) biex ngħaddi d-dokumenti kollha."

Busuttil qal illi għandu jkun hemm konsegwenzi bil-PM Joseph Muscat jirreżenja, '"post Joseph Muscat mhux fil-politika." Busuttil talab li Schembri jkun arrestat u interrogat dwar akkużi ta' ħasil ta' flus, b'mod immedjat, ilejla stess. Il-Prim Ministru, minn naħa l-oħra, sostna Busuttil għandu jkun interrogat ukoll, biex ikun determinat jekk kienx jaf b'dan. 

Dwar l-allegazzjoni ċentrali ta' Daphne Caruana Galizia li l-kumpanija Egrant Inc. hija ta' mart il-PM, Michelle Muscat, il-Kap tal-Oppożizzjoni saħaq illi dan mhux każ li ħareġ hu, imma Caruana Galizia. 

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jindirizza konferenza tal-Aħbarijiet
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jindirizza konferenza tal-Aħbarijiet

More in Politika