Quddiem il-Qorti l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Bususttil qal li l-flus li għaddew fil-kont Willerby Trading Ltd kienu trasferiti direttament mit-tliet individwi Russi li kienu applikaw għall-iskema ta’ ċittadinanza li kien introduċa dan il-Gvern.
Busuttil allega li iktar €166,000 kienu depożitati fil-kont ta’ Tonna li imbagħad għaddew għand Schembri.
Busuttil reġa sostna li għandu provi ċari ta’ dak li qed jallega u li juri ‘korruzzjoni fl-iskema taċ-ċittadinanza.’ Busuttil qal li l-flus kienu depożitati fil-kont sigriet ta’ Tonna u mhux fil-kont ta’ min qed imexxi l-iskema.’
Busuttil qal li ma marx għand il-Pulizija għax m’għandux fiduċja fil-Kummissarju.