Il-Partit Nazzjonalista din il-ġimgħa irnexxielu jakkwista l-kandidatura ta' David Stellin, Għawdxi minn Sannat ta' 39 sena li għal dawn l-aħħar 10 snin għabdu l-kariga għolja fil-partit popolari Ewropew bħala l-kelliem ewlieni fejn tidħol l-immigrazzjoni, terroriżmu, protezzjoni tad-data eċċ. iDavid Stellini hu minn Ta' Sannat, miżżewweġ Taljana u għandu żewġ ulied u f'intervista li għamilnieu l-ILLUM lura f'Diċembru li għaddha kien qalilna li hu mhux imħajjar jidħol fil-politika lokali minħabba l-fatt li kien issettiljat sew fi Brussell.
Iżda jidher li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil irnexxielu jdawwarlu l-ħsieb meta bagħat għalih u talbu jgħin il-partit f'Għawdex biex jassigura it-tielet siġġu fl-elezzjoni Ġenerali li ġejja li qed jingħad li tista tkun f'Ġunju li ġej. Il-kandidatura ta' David Stellini se tkun waħda qawwija minħabba l-fatt li l-ġirja għal voti ta' Giovanna Debono se tkompli tikber, filwaqt li Stellini li hu gradwat fil-media bla dubju se jkollu kampanja bażata fuq l-użu tal-midja. Sorsi f''Għawdex qalulna li wara l-kandidatura ta' Stellini diġa hemm grupp ta' żgħażagħ magħrufa Nazzjonalisti li bdew jaħdmu biex Stellini jkun wieħed mit-tliet kandidati li jirbħu siġġu f'Għawdex.
Stellini mistenni jkun konfermat uffiċċjalment mill-Eżekuttiv tal-PN illejla stess.