Video is unavailable at this time.
Fil-Parlament Ewropew din il-ġimgħa infetħet wirja organizzata mill-Membru Parlamentari Ewropea Therese Comodini Cachia. Din il-wirja kienet kemmxejn partikolari iżda ferm interessanti fejn il-kartunista, Sebastian Burlo li jiġi iben il-mibki kartunista per eċċellenza, Maurice Tanti Burlo, ħataf mumenti f’forum li sar fil-parlament Malti meta diversi artisti ddiskutew it-tema ‘Narratives of governance, Narratives of open space’ bħala parti mil-laqgħat dwar kultura tal-Presidenza Maltija li saret f’Jannar li għaddha. Sebastian Burlo iddeċieda li jattendi bħala ġurnalist/artist fejn wassal il-messaġġ tiegħu bi tħarbixa bil-lapes tal-persuna li jkun qed jitkellem fejn jeħodlu xi kumment li jkun laqtu u jiktbu b’mod sarkastiku biex bih iwassal messaġġ.
Din il-lejla sabiħa tat-talent Malti fi Brussell kienet milqugħa tajjeb fejn Therese Comodini Cachia kellha kliem ta’ tifħir lejn it-talenti ta’ dan iż-żagħżugħ Malti, bl-ambaxxatur Malti għal Brussell Ray Azzopardi faħħar ferm l-inizjattiva ta’ Therese Comodini Cachia talli għażlet li twassal il-kultura u t-talent Malti fi Brussell. L-isbaħ kummenti pero kienu mill-istess artist li qal li xejn ma ħassu komdu fuq il-podju, “I am feeling a bit trumpish”. Qal li kienet esperjenza ġdida għalih li mhux soltu jpinġi portraits iżda ħadd li b’hekk ħareġ mill-envelope tiegħu. Qal ukoll li hu m’għamel xejn speċjali ħlief qagħad bil-qiegħda jisma u jpinġi bil-lapes.
Tkellem ukoll Jens Nymand Christensen Deputy Director-General mid-Direttorat Ġenerali tal-edukazzjoni, Sport u kultura fil-kumissjoni ewropea. Fejn faħħar ħafna l-presidenza Maltija u l-mod kif qed inwassluha fl-ewropa fejn hu ħass li Malta kellha presidenza mill-aqwa imqabbla ma’ presidenzi oħra li hu ħtieġlu jżur fil-kariga tiegħu.