Saviour Balzan jitlob investigazzjoni mill-Pulizija

Savior Balzan għamel rapport lill-Pulizija biex issir investigazzjoni dwar kif l-informazzjoni relatata mat-telefonati tiegħu ġiet illegalment aċċessata u mxerrda

Id-direttur Maniġerjali tal-MaltaToday, Savior Balzan għamel rapport lill-Pulizija sabiex iħeġġeġ lill-awtoritajiet jinvestigaw dwar kif l-informazzjoni relatata mat-telefonati tiegħu ġiet illegalment aċċessata u mxerrda.

B'mod partikolari, il-Pulizija qegħdin jintalbu biex jinvestigaw, u jibdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti, dwar kif dettalji fuq it-telefonati li huwa għamel u rċieva ġew b'xi mod mgħoddija lil Daphne Caruana Galizia.

Ilbieraħ, Balzan għamel ukoll ilment mal-Kummissarju tad-Protezzjoni tad-Data u l-kumpaniji tat-telfonija ċellulari Vodafone u GO dwar il-kisba illegali tal-informazzjoni privata tiegħu.

 

Downloadable Files

More in Politika