'Il-poplu mhux ċuċ u meta jasal il-waqt, isammar il-vot tiegħu'

Disa' paġni ta' analiżi, opinjonijiet u rappurtaġġ għada fil-ħarġa tal-gazzetta ta' kull nhar ta' Ħadd l-ILLUM

.
.

F'intervista li se tkun qed tidher fil-gazzetta ILLUM ta' għada l-Ħadd, is-Segretarju Parlamentari Ian Borg, jitkellem dwar l-isfidi elettorali u s-sitwazzjoni politika li pajjiżna jinsab fih, fost għajdut ta' elezzjoni bikrija. Borg iżda, isostni li meta jasal il-waqt, il-poplu se jkun qed jibgħat il-messaġġ tiegħu permezz tal-vot u jgħid li, "il-kilba tal-poter Simon qed tikxiflu jdejh u l-poplu mhux ċuċ u meta jasal il-waqt, isammar il-vot tiegħu."

F'opinjoni tal-viċi chairman tal-Alternattiva Demokratika, naraw x'kienu dawk l-affarijiet li żammew lura lill-AD milli tingħaqad mal-PN fil-koalizzjoni tagħhom.

Fil-gazzetta ta' għada l-Ħadd, l-ILLUM tkompli tanalizza x-xena politika bħalissa u tipprova tifhem iktar l-allegazzjonijiet li qed iduru mal-bank Pilatus u mal-kont Egrant, u l-elezzjoni meta ġejja?

Dan, flimkien ma' għadd ta' opinjonijiet u l-aħħar żviluppi se jinstabu fil-gazzetta ILLUM li tiġi ppubblikata għada.

More in Politika