Il-Partit Laburista jwiegħed li jagħti lura l-festi pubbliċi
Il-Prim Ministru elenka 5 oqsma ta’ proposti li l-manifest tal-PL se jkun qed jiffoka dwarhom
More in Politika
Il-Prim Ministru elenka 5 oqsma ta’ proposti li l-manifest tal-PL se jkun qed jiffoka dwarhom
Il-mexxej tal-Partit Laburista ħabbar li jekk jerġa’ jiġi elett fil-Gvern, se jkun qed jagħti lura l-jiem ta’ festi pubbliċi li jkunu waqgħu fi tmiem il-ġimgħa.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu, il-Prim Ministru ħabbar 5 prijoritajiet prinċipali li se jkun qed jitkellem dwarhom fil-manifest elettorali.
L-ewwel proposta hija rigward it-taxxa fejn Muscat qal kif dawn se jkunu qed jitnaqqsu sostanzjalment. Qal kif mal-190,000 taxpayer se jkun qed jigwadanja minimu ta’ €200 u massimu ta’ €340 minn tnaqqis fuq l-income tax, b’din il-proposta tiġi tiswa lill-pajjiż €46.5 miljun, għal dawk il-persuni li jaqilgħu sa €60,000. Muscat sjega kif b’hekk se jkun qed jiżdied id-disposable income tal-familji u fl-istess ħin, ikun qed ikun hemm stimolu għan-negozju, “u b’hekk inkunu qed nagħtu lura parti mis-surplus tagħna, bmod inkrimentali u ‘’mod responsabbli.”
It-taxxi se jkunu qed jitnaqqsu wkoll għal dawk il-ħaddiema part time bil-proposta tal-PL, fejn ħaddiema b’impjieg part time, jaraw tnaqqis minn 15% għal 10%, biex b’hekk, “iktar nies jiġu inkoraġġuti bix jibdew it-tieni impjieg tagħhom. B’hekk nindirizzaw l-ilmenti tal-impjegaturi li ma jsibux biżżejjed ħaddiema.” Din il-miżura tiġi tiswa lill-pajjiż €3.8 miljun, u se tkun qed taffetwa iktar minn 28,000 ħaddiem.
Rigward it-taxxi wkoll, il-proposta titkellem dwar l-istudenti, fejn dawk l-istudenti li jkunu studjaw f’livell ta’ Masters u PhD, ikollhom eżenzjoni ta’ sena u sentejn rispettivament tal-income tax. Miżura ta’ dan it-tip tun qed tiswa €2.5 miljun.
Muscat semma wkoll il-pensjonijiet bħala prijorità oħra tal-Partit Laburista, u qal kif bi Gvern Laburista, il-pensjoni tiżdied gradwalment bi €8 fil-ġimgħa, bl-istess kunċett taż-żieda fil-minimum wage. Tali miżura tkun qed tiswa €17-il miljun.
L-infrastruttura hi wkoll prijorità li semma Muscat tul il-konferenza tal-aħbarijiet, b’wieħed mill-ikbar pjan ambizzjuż, fejn sostna li f’temp ta’ 7 snin, il-pajjiż ikollu toroq ġodda. Insista li bi pjan preċiż, isiru t-toroq kollha tal-pajjiż, kemm dawn il-jaqgħu taħt il-Gvern u kemm dawk li jaqgħu taħt il-kunsilli lokali. Il-fondi għal dawn it-toroq li għandhom jiswew mas-€700 miljun se jkun ġejjin fost l-oħrajn mill-iskema taċ-Ċittadinanza b’Investiment u minn Fondi Ewropej. Insista li jkunu qed jingħataw prijorità dawk it-toroq li qatt ma kienu saru qabel.
Dwar il-jiem ta’ festi pubbliċi, Muscat qal li jeħtieġ jingħata lura il-ħin ta’ kwalità mal-familji u għaldaqstant, jingħataw lura l-jiem, b’medja ta’ 4 f’sena tal-festi pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa. Sostna li b’diskussjonijiet ma’ min iħaddem, jiġu determinati jekk jiżdidux bħala jiem ta’ leave, jew inkella jinħoloq il-kunċett ta’ bank holiday.
Il-ħames prijorità għall-Partit Laburista li tkellem dwarha Muscat, hija dik tas-suq tad-djar fejn insista li l-Gvern se jkompli jagħti l-għajnuna biex iktar familji jsiru sidien ta’ djarhom, bi skemi ta’ għajnuna fil-ħlas ta’ depożitu ta’ loans, u anke skemi ta’ second time buyers.