‘Tonqos bi kwart it-taxxa għal familja medja’

Imħabbra iktar dettaliji dwar il-proposti tal-PL għal tnaqqis fit-taxxa għal min jaqla’ inqas minn €60,000

Bil-proposti ta’ tnaqqis ta’ taxxi għall-familji kif imħabbra bħala waħda mill-proposti tal-Partit Laburista, familja medja b'żewġ persuni jaħdmu u jkollhom dħul totali ta' €34,000 se jkunu qed jibbenefikaw minn tnaqqis ta' 26% fit-taxxi, jew iktar minn kwart tat-taxxi mħallsa bħalissa, għal total ta' tnaqqis ta' €560.

Waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet, il-Prim Ministru Joseph Muscat kompla jispjega f'iktar dettall il-miżuri ta' tnaqqis ta' taxxa li semma matul il-ġurnata tal-bieraħ bħala waħda mill-prijoritajiet għall-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Fost it-tnaqqis fit-taxxi, Muscat semma li kull persuna li taqla' inqas minn €60,000 fis-sena.Muscat semma wkoll il-miżura li se jibbenefikaw minnha l-ħaddiema part-time fejn ir-rata ta' taxxa se tinżel minn 15% għal 10%. Tali miżura għandha tapplika wkoll għal min huwa self-employed.

Muscat spjega kif b'dan it-tnaqqis, il-familji se jkunu jistgħu jagħmlu iktar kapriċċi u b'hekk kompli ddur ir-rota ekonomika.

Aqra iktar dwar dawn it-tnaqqisiet fit-taxxa fil-gazzetta Illum ta' nhar il-Ħadd li ġej

More in Politika