Mitt fire drill fis-sena f’Mater Dei

16-il ħaddiem tat-tifi tan-nar maqsuma f'4 xifts jassiguraw li Mater Dei ikun kopert 24 siegħa kuljum għal kull eventwalità

“Fl-isptar Mater Dei, ma jaħdmux biss tobba, nurses u carers li joffru l-kura lil pazjenti tagħna iżda jaħdmu wkoll diversi mpjegati oħra li joffru aktar sigurtà f’din fil-binja tal-isptar kemm għall-pazjenti u kif ukoll għall-ħaddiema u viżitaturi.” Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt li kien qiegħed jattendi għal fire drill li jsir regolarment, darbtejn fil-gimgħa madwar diversi swali fl-istess sptar.

Il-Ministru Fearne qal li l-isptar Mater Dei għandu sistemi ta’ alarms li f’każ ta’ periklu jew nirien, dawn is-sistemi elettroniċi jinfurmaw lit-taqsima tas-sigurtà tal-isptar biz-zona partikolari sabiex fil-post jintbgħatu mmedjatament il-fire team. “Apparti li jsiru fire drills regolarment, jingħata wkoll taħriġ lill-ħaddiema kollha, jitwettqu spezzjonijiet ta’ sigurtà tan-nirien u fuq kollox jipprovdu l-ewwel rispons f'każ ta’ inċidenti tan-nar.”

Żied jgħid li l-fire fighters huma stazzjonati f’nofs l-isptar sabiex f’każ ta’ emergenza dawn ikunu jistgħu jilħqu kull parti tal-isptar fl-iqsar ħin possibbli. “Għandna b’kollox 16-il firefighter li huma maqsumin f’4 teams fejn dawn jaħdmu b’shifts li jassiguraw li l-isptar Mater Dei jkun kopert 24 siegħa kuljum għal kull eventwalità.

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne temm iż-żjara tiegħu billi rringrazzja lill-ħaddiema tax-xogħol u d-dedikazzjoni tagħhom.

More in Politika