Gvern Laburista se jkompli jżid il-pensjonijiet, jekk elett

  • Wara żidiet matul dawn l-erba' snin Muscat iwiegħed li Gvern Laburista jżied il-pensjoni minima sa' 60% tad-dħul medju
  • Żieda gradwali fil-pensjoni tar-romol

ritratt: Chris Mangion
ritratt: Chris Mangion

Dalgħodu fil-Marsa l-Mexxej Laburista u PM Joseph Muscat qal illi Gvern Laburista se jkun qed iżid il-pensjonijiet, kif fil-fatt għamel diġa matul din il-leġiżlatura, biex il-Pensjoni Minima Nazzjonali tlaħħaq is-60% tad-dħul medju. Minkejja dan Muscat qal illi Partit Laburista fil-Gvern mhux se jkun qed iżis l-età tal-irtirar jew il-bolla.

Fil-Marsa, fejn inġabru wkoll numru ta’ attivisti tal-PL, Muscat wiegħed li Gvern Laburista ġdid se jibda jħallas l-ammont f’bonus b’mod sħiħ “anke lil dawk il-pensjonanti li saru pensjonanti wara 2008.”

Dak li wettaqna s’issa, fakkar Muscat huwa li aħna “l-ewwel Gvern li żied il-pensjonijiet b’mod strutturat, li ta’ krediti ta’ taxxa lir-romol u inċentivi għall-pensjoni privata.”

Il-bonus tal-COLA jibda jithalas sħiħ "u anke gradwalment naħttu l-pensjoni sħiħa lir-romol meta jilħqu l-eta tal-irtirar."

Intant Muscat wiegħed ukoll li Gvern Laburista se jagħmel emendi legali biex f’każ ta’ separazzjoni jew divorzju jkunu protetti d-drittijiet ta’ dawk li qattgħu ċerta żmien barra d-dinja tax-xogħol biex jieħdu ħsieb lill-familja u li jispiċċaw b’inqas pensjoni.

 

More in Politika