Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil saħaq li jekk ikun fil-Gvern, iwaqqaf l-iskema tal-GWU, "li qed tħaddem lil 600 ħaddiem bil-prekarjat, waqt li hi qed tagħmel iktar minn miljun u nofs fi profitti minn fuqhom." Busuttil qal kif jekk elett il-Partit Nazzjonalista, se jkun qed iwaqqaf din l-iskema mill-toperaha l-GWU, u minflok, tibda titmexxa mill-aġenzija tal-Gvern Jobsplus, bil-profitti ta' madwar €200 fix-xahar, jmorru dirett għand il-ħaddiema stess.
Waqt li kien qed iħabbar iktar proposti tal-Partit Nazzjonalista fl-Imdina, Simon Busuttil tkellem dwar il-ħidma tal-Partit favur iktar ugwaljanza bejn in-nisa u rġiel, waqt li wiegħed li se jkun qed jinħoloq pjan ta' azzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, waqt li ntrabat li nofs il-ħatriet li jsiru fuq bordijiet pubbliċi, jkunu jinkludu nofs il-membri nisa.
Proposta oħra kienet dik ta' servizz ta' LSAs ma' tfal b'diżabbiltà anke fis-sajf meta dawn jattendu għal Summer Schools. Ħabbar ukoll skema li se jkun qed jaħdem fuqha l-PN jekk ikun elett dwar taħriġ u introduzzjoni lura fil-post tax-xogħol lil dawk il-ħaddiema, li minħabba kundizzjonijiet ta' saħħa, jkollhom jiefqu mix-xogħol għal żmien twil. qal kif f'dan il-każ il-Gvern jidħol għalihom b'għajnuna professjonali u għajnuna ta' kreditu ta' bolol biex ipattu għaż-żmien nieqes mix-xogħol.
Busuttil, enfasizza wkoll il-proposta ta' ħlas indaqs għal xogħol indaqs, u sostna kif dan se jkun qed jibda mill-operat tal-Gvern, fejn jassigura li l-Gvern imexxi bl-eżempju u jara li l-Gvern ikun qed jattwa dan kemm fis-servizz pubbliku kif ukoll fis-sub-contracting mal-privat.