IL-Kampanja tal-Partit Laburista kompliet bil-Mexxej Laburista u Prim Ministru iżlur familja minn Birkirkara. F'filmat qasir Muscat deher jitkellem mal-istess familja, bil-PM Muscat ifakkar illi Gvern Laburista jneħħi l-ħlas għat-trasport pubbliku minn fuq l-anzjani u l-istudenti. Bħalissa dawn xorta jħallsu rata li hija ħafna inqas mill-75ċ kull sagħtejn għal passiġġiera oħrajn li jużaw it-Tallinja card.
Muscat ħabbar din il-wegħda aktar kmieni din il-ġimgħa flimkien mal-wegħda ta' żieda fil-pensjoni, bħalma Gvern Laburista diġa għamel matul l-aħħar erba' snin.