Filmat | Sa fl-aħħar...it-tankijiet ta' Birżebbuġa bdew jiżżarmaw

Il-Prim Ministru Joseph Muscat iħabbar li t-tankijiet f'nofs żona residenzjali issa bdew jiżżramaw ... wara snin ta' inkonvenjent għal mijiet ta' residenti minn Birżebbuġa

Tankijiet f'niofs in-nies...daqshekk iżjed
Tankijiet f'niofs in-nies...daqshekk iżjed

It-tankijiet tal-gass li jinsabu eżatt f'nofs żona residenzjali f'Birżebbuġa issa bdew jiżżarmaw. Din l-aħbar tiġi għas-sodisfazzjon tal-mijiet ta' familji li joqogħdu fl-inħawi, minn Triq Santa Katerina, San Mikiel, Triq it-Tankijiet u Triq id-Duluri, li għal snin twal sofrew minn inkonvenjent perikoluż u dannuż għal saħħithom permezz tax-Shell, kif inhu magħruf fost ir-residenti ta' Birżebbuġa. 

Illum il-PM Joseph Muscat ħabbar illi dawn it-tankijiet li fihom kien jinħażen il-fjuwil issa se jitneħħew. Muscat f'filmat qasir wara konferenza tal-aħbarijiet qal illi tankijiet li ilhom żmien,sa mill-1919, issa se jitneħħew u l-fjuwil se jibda jinħażen minflok fejn kienu jinħażnu ż-żjut tal-bunkering.

"Il-prijorità tagħna huma n-nies fuq il-flus: Ma użajniex art ġdida u r-residenti jistgħu jgawdu minn arja nadifa...hekk se nkunu qegħdin naslu għall-aħjar żmien ta' pajjiżna," temm jgħid Muscat. 

 

 

More in Politika