Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil appella sabiex ħadd ma jiġi mbeżża' mill-"gideb u qlajjiet li qed jiddaħħlu għalxejn, għaliex dawn il-qlajjiet, ħafna drabi huma gideb." Kompla billi saqsa, "daqshekk ssab ruħu dahru mal-ħajt Joseph Muscat, li l-unika arma li fadallu huwa l-gideb?"
Waqt li kien qed jindirizza l-folla waqt il-mass meeting tal-Partit Nazzjonalista f'Ħaż-Żebbuġ, Busuttil saħaq li qed isiru ħafna qlajjiet biex ibeżżgħu lill-poplu, bħall-biża' li jitwaqqaf l-IVF jew li jitnaqqsu d-drittijiet tal-persuni LGBTIQ, u li l-ekonomija ma tibqax tajba. Dwar din tal-aħħar, Busuttil insista, "kif tista' ma tibqax b'saħħitha l-ekonomija ta' pajjiżna jekk aħna konna li bnejna l-pedamenti tagħha?" Appella wkoll biex ħadd ma jibża' minn dan id-diskors, filwaqt li qal, "tħallux lil min jigdeb...tibżgħux mill-gideb."
Busuttil irringrazzja "lil dawk kollha li ġew għandna b'informazzjoni prezzjuża biex jitneħħa l-ħmieġ."
Dwar dawk il-pesuni li għadhom ma jħossuhomx komdi biex jerġgħu jivvutaw lill-PN, Busuttil assigurahom li "tgħallimna mill-iżbalji tagħna u għax tgħallimna, mhux se nerġgħu nirrepetuhom."