Il-PN b'wegħdi għal iktar djar fil-komunità għall-persuni b'diżabbiltà

Simon Busuttil iħabbar iktar proposti fil-qasam tal-persuni b'diżabbiltà, fosthom life plans għall-futur ta' dawn il-persuni wara l-mewt tal-ġenituri

Il-Kap tal-Oppożizzjoni wiegħed li jekk jiġi elett il-Partit Nazzjonalista, se jkunu qed jiżdiedu d-djar fil-komunità għall-persuni b'diżabbiltà.

Waqt li kien qed jitkellem fuq Net TV iħabbar iktar proposti tal-Partit Nazzjonalista, saħaq kif l-ekonomija, minbarra li trid tkun waħda tajba, tkun waħda li minnha jgawdu n-nies.

Fl-istess ġurnata li kienu mħabbra sett ta' proposti dwar l-ekonomija, Busuttil tkellem dwar ftit mill-miżuri li l-PN mistenni jieħu jekk ikun fil-Gvern, fejn fost l-oħrajn tkellem dwar skema msejħa life plans. Dwar dawn il-life plans, Busuttil qal li jkun hemm tip ta' ftehim bħal kuntratt jew trust bejn il-ġenituri ta' persuna b'diżabbiltà u l-Gvern, fejn jinħoloq pjan ta' x'se jkun qed jiġri u min se jkun qed jagħti l-kura lill-persuna b'diżabbiltà wara li l-ġenituri jiġu nieqsa.

Minbarra dan, il-Kap tal-PN qal kif il-Partit hu impenjat li jek ikun fil-Gvern, jiffirma kuntratti u jagħti ħlas lill-għadd ta' NGOs li diġà jaħdmu f'dan il-qasam b;mod volontarjat, sabiex joffru s-servizzi tagħhom lill-persuni b'diżabbiltà, u dawn ikun qed jitħallsu għalihom.

More in Politika