"Fil-qasam tad-diżabilità saret rivoluzzjoni silenzjuża, flimkien mas-saħħa u mal-edukazzjoni. Il-fatt li 1,000 persuna b'diżabilità ħarġu jaħdmu hija parti importanti minn din ir-rivoluzzjoni." Sostna dan il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat, li fakkar fil-miżura li introduċa dan il-Gvern, jiġifieri dik li torbot lil kull impjegatur li jħaddem persentaġġ ta' persuni b'diżabilità, "illum hawn iktar impjegaturi li jħaddmu nies b'diżabilità, milli dawk li jħallsu l-multa."
Muscat fakkar kif il-Gvern fl-ewwel baġit ħa miżura biex persuna b'diżabiltà li ssib post tax-xogħol, iżżomm il-benefiċċju tad-diżabilità. "It-tieni riforma li bdejna saret permezz taż-żieda fil-benefiċċju, bil-benefiċċju ta' dawk il-persuni b'diżabilità li ma jistgħux imorru jaħdmu jaqilgħu daqs il-paga minima."
Muscat kompla jelenka miżuri ta' Gvern Laburista f'dan il-qasam, fosthom djar residenzjali fil-komunità, li permezz tagħhom persuni b'diżabilità jgħixu fil-komunitajiet. Il-Gvern fetaħ ħamest'idjar fuq dan il-kunċett, fosthom fis-Siġġiewi. Il-Prim Ministru qal illi l-Gvern se jkun qed jinvesti biex studenti b'diżabilità jkollhom LSAs fis-Summer School ukoll.
Muscat spejga kif il-Gvern irid jgħin lil dawk il-familji li minħabba twelid ta' tfal b'diżabilità jkollhom ibiddlu d-dar. Għalhekk Gvern Laburista ġdid jestendi l-iskema tal-First Time Buyers lil dawk il-familji lui jkollhom jixtru proprjetà ġdida minħabba sitwazzjonijiet li jorbtuhom jagħmlu dan l-investiment.
Apparti li elenkat il-miżuri li ħa l-Gvern fil-qasam tad-diżabilità Justyne Caruana ħabbret illi l-Gvern se jkun qed iniedi riforma fil-pensjoni tal-invaliditá, fosthom li persuni li għandhom il-kundizzjoni tal-Fibromyalgia jibdew igawdu minn din il-pensjoni. Caruana qalet ukoll illi l-Gvern qed jindirizza l-bżonnijiet tal-ġenituri u għalhekk il-PL qed jipproponi li ġenituri ta' tfal b'diżabilità dejjem ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-iskema tal-First Time Buyers.
Caruana fakkret kif il-Gvern beda b'ħidma ta' manutenzjoni u modernizzar fiċ-ċentri ta' matul il-Jum, apparti li għas-snin li ġejjin il-Partit Laburista jrid, jekk fil-Gvern, li jkomoli dan l-istess proċess. Caruana fkkret illi fl-erba' snin ta' Gvern Laburista iktar nies b'diżabilità sabu impjieg, tant li l-qgħad fost dan is-settur tal-popolazzjoni.
Preżenti għall-konferenza kien hemm ukoll il-Kandidata Laburista u imprenditur Marion Mizzi.