Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar illi kumpanija li timmanifattura l-arjuplani qed tikkunsidra serjament li tiftaħ ċentru ta' Loġistika f'pajjiżna. Din il-kumpanija bl-isem Antonov, tispeċjalizza fl-oqsma ta' ajruplani kbar tal-passiġġieri, oħrajn tal-merkanzija u oħrajn li jużaw runways li ma jkunux kummerċjali. B'kollox din il-kumpanija bniet madwar 22,000 arjuplan.
Il-Prim Ministru Muscat sostna li dan l-investiment ikompli jżid in-negozju fl-istess settur li diġa jeżisti f'pajjiżna, fosthom il-Lufthansa u Sr Technics u tkompli ssaħħaħ ir-reputazzjoni ta' pajjiżna bħala wieħed mill-aqwa pajjiżi fil-qasam tal-avjazzjoni."
Huwa għadda dawn il-kummenti hekk kif kien qed jiltaqa' mal-President Ukren Petro Poroshenko, fuq materji relatati wkoll mal-Presidenza maltija tal-Unjoni Ewropea. Poroshenko ddiskuta dan l-investiment mal-kumpanija u sostan li kemm hu kif ukoll Muscat jinsabu sorpriżi mill-ammont ta xogħol li din il-kumpanija tagħmel fit-tramuntana tal-Afrika.
"Jiena konvint," sostna Muscat, "li Antonov se timxi fuq id-deċiżjoni għaqlija tal-Lufthansa biex flimkien nagħmlu lil Malta kapitali tal-loġistika għall-ajruplani."
.