‘F’dawn l-erba’ snin, is-south ħa r-ruħ’

F’Birżebbuġa, Joseph Muscat jgħid li fl-aħħar, il-proprjetà tan-nofsinhar ta’ Malta qed togħla fil-valur

ritratt: Chris Mangion
ritratt: Chris Mangion

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li fl-aħħar, in-naħa ta’ isfel ta’ Malta ngħatat l-importanza li jixirqilha. “Għalaqna t-tankijiet taż-żejt, għamilna l-piċċ, qed jinbena l-grawnd  qed igawdu arja nadifa bit-tmiem tal-użu tal-heavy fuel oil fil-power station.

Waqt attività politika f’Birżebbuġa, Joseph Muscat tkellem dwar il-Freeport u waqt li nsista li jrid li dan jibqa’ jaħdem, “ma jridx jibla lin-nies.”

ritratt: Joseph Muscat
ritratt: Joseph Muscat

Insisita li dik ta’ nhar is-Sibt mhix għażla taċ-ċajt għaliex inkella jerġa’ jirrenja l-kaos “u jergħu jitilgħu n-nies li ħolqu l-problemi. La ħolquhom huma, ma jistgħux isolvuhom.”

“F’dawn l-erba’ snin, is-south ħa r-ruħ. Ikellmuni nies li jgħiduli li fl-aħħar, il-proprjetà qed togħla fil-valur u hemm imbuttatura għal iktar investiment.”

Fl-istess attività, tkellem il-Ministru Konrad Mizzi li sostna li matul dawn l-erba’ snin, il-Prim Ministru kellu viżjoni ċara u insista li l-power station kellha tingħalaq, it-tankijiet f’Birżebbuġa jiġu żarmati, u l-arja titjieb.

Joseph Muscat isellem lill-attivisti preżenti | Ritratt Jason Monreal
Joseph Muscat isellem lill-attivisti preżenti | Ritratt Jason Monreal

More in Politika