Marlene Farrugia: 'Joseph Muscat huwa buffu u giddieb'

Il-Kap tal-PD tgħid li 'Aħna irridu pajjiż mimli festi, nar tal-ajru u nar tal-art u xogħol' b'idejha fuq sidirha tħares 'l fuq

Marlene Farrugia | james Bianchi
Marlene Farrugia | james Bianchi

Meta kienet qed tindirizza eluf ta' partitarji li ħonqu l-Fosos tal-Furjana għall-mass meeting tal-PL Marlene Farrugia qalet illi "l-aħħar liġi li għadda Joseph Muscat huwa biex kull min għandu art tal-Gvern jista' jieħodha, minn dak għandhom jibżgħu l-kaċċaturi u n-nassaba."

Meta irreferiet għal dan is-suġġett hija akkużat lill-Prim Ministru Joseph Muscat illi huwa "buffu u giddieb" meta jbeżża lill-kaċċaturi u f'appell imqanqal, b'idejha fuq sidirha tħares 'l fuq, qalet li dawk li jaħdmu in-nar, li m'għandhomx minn xhiex jibżgħu għax hi flimkien ma' Godfrey favur il-baned u l-festi u li dawn it-tradizzjonijiet qiegħda f'qalbhom. Godfrey Farrugia deher jentużjażna ruħu wara jgħajjat u jappoġġjaha bi kliem dwar il-festi Maltin. 

Nhar is-Sette Gugno niċċelebraw qalet Farrugia għall-għajjat ta' dawk preżenti. "Aħna irridu pajjiż mimli festi, nar tal-ajru u l-art u xogħol. dan huwa l-aqwa żmien biex nagħżlu lil malta u Għawdex," temmet tgħid Farrugia

L-eks Deputat Laburista u llum Kap tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia  akkużat lill-mexxeja tal-PL li riedu jaħdmu lil Malta ‘Acapulco style’. “Rajt lill-PL jixxaqaq u jitkisser tistgħu taħsbu x’baqa’ fija.”

Hija kkwotat lil Pawlu Boffa u qalet li l-patrijotti u s-suldati ta’ Malta kienu qegħdin fuq il-fosos u li Gvern Laburista sar koalizzjoni ta’ korruzzjoni, “u l-korruzzjoni bħall-kamla tieklok, kif tiekol kowt u hekk l-ekonomija tagħna,” qalet Farrugia.

Id-Deputata u Kap tal-PD akkużat lill-PL b’kampanja ta bullying kontra l-Kap tal-PN Simon Busuttil. “Ma kienx biżżejjed it-theddid u lili jipprova jirridikolani...u aħna ntuh ir-risposta. Ejja nagħmlu l-istorja.” 

More in Politika