'Għamilna suċċess għax x'aktarx il-PD jkollu deputat fil-Parlament'

Marlene Farrugia tgħid li l-poplu mhux jifhem li l-kwistjoni tal-korruzzjoni se taffetwa l-futur tiegħu ta' wliedu

Marlene Farrugia flimkien ma' Ann Fenech fis-sala tal-għadd tal-voti  | ritratt: James Bianchi
Marlene Farrugia flimkien ma' Ann Fenech fis-sala tal-għadd tal-voti | ritratt: James Bianchi

Il-Kap tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia. qalet li dan il-Partit, li ilu biss disa' xhur imwaqqaf, "għamel suċċess għaliex għall-ewwel darba, x'aktarx se jkun hemm deputati tat-tielet partit fil-Parlament ukoll. Għaldaqstant, min-naħa tal-Partit Demokratiku, inħossuna sodisfatti."

Dwar ir-riżultat tal-elezzjoni, b'mod ġenerali, Farrugia qalet li dan għad irid jiġi analiżżat, iżda "jidher li l-poplu mhux jifhem kemm il-kwistjoni tal-korruzzjoni qed taffettwa l-futur tiegħu u ta' wliedu. Għal ħafna nies, jidher li l-korruzzjoni mhix kwistjoni daqshekk importanti, li dwarha wieħed għandu jbiddel gvern."

Waqt li kienet qed tagħti kumment lill-mezzi tax-xandir fis-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar, Farrugia, qalet ukoll kif jidher biċ-ċar li l-kwistjonijiet li ġew promossi mill-Forza Nazzjonali, ma kinux importanti daqshekk għall-poplu.

 

More in Politika