Il-PL jirbaħ 8 distretti...il-PN jirbaħ 5

L-aqwa riżultat tal-PL hu 71% fuq it-tieni distrett, u tal-PN 59% fl-għaxar distrett

ritratt: Chris Mangion
ritratt: Chris Mangion

Il-Partit Laburista akkwista l-maġġoranza tal-voti fuq 8 distretti elettorali, waqt li l-Partit Nazzjonalista ġab il-maġġoranza fil-5 distretti elettorali l-oħra.

Statistika mhux uffiċjali turi li l-Partit Laburista ġab l-ikbar maġġoranza fuq it-tieni distrett, b'71.4% tal-voti. Min-naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista għamel l-ikbar suċċess fuq l-għaxar distrett, hekk kif kiseb 59.6%.

More in Politika