Is-sit one.com.mt għadu kif żvela illi fil-ħinijiet li ġejjin, probabilment għada filgħodu, t-tmexxija kollha tal-Partit Nazzjonalista se tkun qed tirreżenja. L-istess sit ħabbar illi dan se jkun qed iseħħ wara pressjoni qawwija minn partitarji tal-Partit Nazzjonalista wara illi Busuttil fl-uniku intervent li għamel wara t-telfa kbira li sofra l-PN, ma qalx jekk hux se jirreżenja jew le.
Ir-rabja fost l-għeruq tal-partit, apparti għar-riżultat diżastruż, inxtered ukoll sforz il-fatt illi kuntrarjament għal dak li jagħmel kull mexxej politiku f'elezzjoni, ma marx il-counting hall biex jilaqa' man-nies tal-partit li qed jaħdmu fi-ċentru tal-għadd tal-voti./
Bir-riżenja allura mistennija ta' Simon Busuttil, skont is-sit tal-PL, dan ikun ifisser illi dan se jkun l-ewwel Kap tal-PN li mhux se jkun qed isir PM.