ritratti | Joseph Muscat ikkonfermat Prim Ministru ta' Malta

Il-mexxej tal-Partit Laburista jieħu l-ġurament tal-ħatra dalgħodu fil-Palazz tal-President

Folol kbar ta' nies inġabru fil-Belt Valletta, kemm quddiem il-Palazz tal-President fi Pjazza San Ġorġ, kif ukoll fi Pjazza Kastilja, sabiex jiċċelebraw ir-rebħa storika li kiseb il-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali ta' nhar is-Sibt li għadda.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat, għaldaqstant, dalgħodu ħa l-ġurament tal-ħatra fil-Palazz tal-President quddiem il-President Marie Louise Coleiro Preca.

F'diskors qasir li għamel ftit wara l-ħatra, Muscat qal li l-għan tiegħu huwa li l-Parlament jitlaqqa' dan ix-xahar stess, waqt li sostna li l-ħatriet li għandhom jiffurmaw il-Kabinett il-ġdid ta' Gvern Laburista, huma mistennija li jsiru bejn nhar il-Ġimgħa u s-Sibt li ġej. Għaldaqsant, qal ukoll kif se jkun qed jitkellem mal-Kummissjoni Elettorali sabiex il-proċess tal-by-elections isir kemm jista' jkun b'mod spedit.

ritratt: Chris Mangion
ritratt: Chris Mangion
Il-Prim Ministru jieħu l-ġurament tal-ħatra

More in Politika