8,500 impjieg aktar mal-privat u 700 mal-Gvern sa' Diċembru

Sa Diċembru 2016 l-impjiegi full time żdiedu b'5.3% u dawk part time b'5%

Ikompli jiżdied in-numru ta' nies f'impjieg
Ikompli jiżdied in-numru ta' nies f'impjieg

F'Diċembru tas-sena l-oħra l-impjiegi full-time żdiedu b'5.3%, filwaqt li dawk li għalihom ix-xogħol part-time huwa l-impjieg primarju tagħhom żdiedu b'5% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena 2015. 

Matul dawn ix-xhur l-akbar żidiet seħħew f'attivitajiet amministrattivi b'żieda tra' 1,669, fil-qasam tal-arti, rikreazzjoni u diverstiment b'żieda ta' 1,541. L-akbar żidiet seħħew fis-settur privat b'8,506 persuna biex kien ilaħħaq 139,019 persuna u 707 persuna fis-settur pubbliku, biex sa Diċembru dan kien ilaħħaq il-45,161 persuna. Intant kien hemm ukoll żieda ta' 582 persuna rreġistrati bħala self employed. 

Intant fis-settur tal-impjiegi part time kienet irreġistrata żieda fil-bejgħ bl-imnut (Wholesale and retail) b'żieda ta' 595 persuna u fl-Edukazzjoni b'żieda ta' 466 persuna. Kien hemm żieda wkoll fl-oqsma tat-trasport, arti, divertiment u rikreazzjoni. 

 

 

More in Politika