L-eżekuttiv tal-Alternattiva Demokratika illum aċċetta r-riżenja tal-kunsillier u l-eks chairman tal-Alternattiva Demokratika Michael Briguglio, li kien offra lura fl-4 ta' Mejju li għadda.
F'ittra lil Briguglio, is-Segretarju Ġenerali infurmah li l-eżekuttiv kien iltaqa' u unanimament aċċetta r-riżenja tiegħu minn membru. Minbarra dan, intqal lilu li jkun xieraq li kieku jiissottometti wkoll ir-riżenja minn kunsillier f'isem Alternattiva Demokratika f'Tas-Sliema b'mod immedjat.
Għal dan, Briguglio wieġeb li mhux se jagħmel dan, u se jibqa' jirrappreżenta lil dawk li eleġġewh sa mill-203, u "bi pjacir u b'sens ta' responsabbiltà se nibqa' nirrapreżenta lill-kostitwenti tiegħi li ilhom jeleġġuni mill-2003 fil-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema, u se nibqa' naħdem fl-interess tas-Slimiżi kollha."
Briguglio kien attiv tul il-kampanja elettorali billi appoġġja l-Forza Nazzjonali u spiss indirizza l-attivitajiet tal-massa tal-Partit Nazzjonalista.