Minkejja li inħass illi l-aħħar żviluppi fil-qasam ta' drittijiet ċivili kienu se jagħtu imbuttatura lil Helena Dalli fit-tiġrija għal Deputat Mexxej tal-PL, Dalli kienet l-ewwel waħda li ġiet eliminata mit-tellieqa għall-kariga. Hija kisbet l-inqas numru ta' voti, jew 199 vot.
Intant il-kandidat li ġab l-aktar numru ta' voti fl-ewwel votazzjoni kien il-Ministru Chris Fearne b'296 vot u warajh, il-Ministru Scicluna b'249 vot.
Dan ifisser li għada se terġa ssir il-votazzjoni bid-delegati jagħżlu bejn Fearne u Scicluna. Minkejja li Scicluna huwa popolari u mifhum li kien l-favorit, Fearne huwa popolari ħafna wkoll ma' settur kbir ta' delegati, speċjalment minn naħa t'isfel tal-pajjiż minn fejn Fearne kiseb 10,000 vot minn żewġ distretti. Scicluna, minn naħa l-oħra ra' l-profil tiegħu bħala Ministru tal-Finanzi dejjem jikber u kien wieħed mill-aktar persuni fuq quddiem fil-kampanja Labusrista tal-aħħar elezzjoni.
Kemm Fearne u anke Scicluna kienu meqjusin bħala fost l-iktar popolari mill-Ministri Laburisti fl-ewwel erba' snin ta' Gvern Laburista.