Chris Fearne jirbaħ it-tiġrija...mistenni jkun maħtur Deputat Prim Ministru

Chris Fearne elett Deputat Mexxej tal-PL u issa mistenni jinħatar Deputat Prim Ministru

Il-Ministru Fearne jirbaħ it-tiġrija u mistenni jinħatar Deputat PM
Il-Ministru Fearne jirbaħ it-tiġrija u mistenni jinħatar Deputat PM

Wara kampanja li damet ftit iktar minn tliet ġimgħat ilbieraħ id-delegati Laburisti għamlu l-għażla tagħhom għal Deputat Mexxej u Deputat Prim Ministru. Wara t-tieni jum ta' votazzjoni kien Chris Fearne ġie elett wara tellieqa u taqtiegħa ħarxa bejn tliet Ministri, li huma fost l-aktar popolari li għandu Gvern Laburisti. 

Fl-aħħar elezzjoni Fearne kien l-aktar Deputat li ġab voti, wara li taqta liż-żewġ mexxejja, b'10,000 vot minn żewġ distretti Fl-istħarriġ tal-Maltatoday huwa kien ukoll l-aktar Ministru popolari ta' Gvern Laburista. Fearne, li huwa Ministru tas-Saħħa, ra l-popolarità tiegħu tikber bi ftit li xejn kritika diretta lejh mill-kritiċi ta' Gvern Laburista, nkluż tal-PN. 

Dan wara l-ewwel votazzjoni illi minnha l-Ministru Helena Dalli kienet eliminata wara li ġabet biss 199 vot. 

Fearne kiseb 367 vot, li jfisser 51% tal-voti mitfugħa, filwaqt li Edward Scicluna kiseb 48.5% tal-voti mitfugħa.

L-ILLUM kienet intervistat lil Fearne, f'sensiela ta' intervisti li saru mat-tliet kontestanti; Aqra l-intervista sħiħa li kienet saret hawnhekk 

More in Politika