Kummissjoni tal-PN tikkundanna lil Frank Portelli
...wara li dan qal illi l-elezzjoni għal Kap tal-PN hija waħda "mbagħbsa"
More in Politika
...wara li dan qal illi l-elezzjoni għal Kap tal-PN hija waħda "mbagħbsa"
Kollox qed ikompli jgħaqad xi ftit hekk kif il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista, ftit tal-ħin ilu għadha kemm ħarġet stqarrija ta' sentenza illi fiha ikkundannat lill-kandidat għall-kariga ta' Kap tal-istess partit Frank Portelli. Dan wara li iktar kmieni illum sostna fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook illi l-elezzjoni għal Kap tal-PN hija waħda "mbagħbsa".
Portelli, illi kien mħeġġeġ jirtira l-kandidatura tiegħu minn eks Kandidat tal-PN minħabba d-djun li għandu fuq l-isptar u li spiċċa fil-mira ta' kritika minħabba l-istess djun u l-ħajja matrimonjali tiegħu, lbieraħ irrimarka li l-assi tal-isptar li minnu għandu ishma huma ħafna ikbar mid-djun. Hu għajjar lil Daphne Caruana Galizia u qal li postha huwa "fiż-żibel".
Portelli, fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu, qal li l-Kummissjoni mhix qed tagħmel timbru fuq id-dokumenti tal-voti, xi ħaġa li hu interpreta bħala attentat ta' tbagħbis elettorali. Il-Kummissjoni ikkundannat lil Portelli bil-qawwa u ċaħdet tali akkuża.
Għal xi raġuni l-istqarrija tal-Kummissjoni m'għamlitx referenza għal Frank Portelli b'ismu.
Portelli mhux l-ewwel mill-kandidati li tkellmu dwar proċessi elettorali. Adrian Delia saħaq hekk quddiem il-Qorti fi triqtu biex jiftaħ libell kontra Daphne Caruana Galizia; 'Mhu se nħalli lil ħadd jerġa' jimmanipula proċess elettorali ieħor'. Minkejja dan hu fl-ebda ħin ma speċifika għal min qed jirreferi jew għall-liema elezzjoni kien qed jirreferi.