Pompa tal-petrol oħra mressqa għall-approvazzjoni

Dan l-iżvilupp li se jinbena qrib Triq l-Arznu se jkun qed jinkludi mhux biss il-pompa tal-petrol imma wkoll car wash u post kummerċjali.

Applikazzjoni għal pompa tal-petrol kbira 3,500 metru kwadru fit-Telgħa t’Alla u Ommu reġgħet tpoġġiet għad-diskussjoni quddiem l-Awtoritá tal-Ippjanar ware li t-tribunal tal-appelli rrevoka d-deċiżjoni li kienet ittieħdet f’Marzu tas-sena li għaddiet, meta l-applikazzjoni għall-iżvilupp kienet ġiet irrifjutata.

Dan l-iżvilupp li se jinbena qrib Triq l-Arznu se jkun qed jinkludi mhux biss il-pompa tal-petrol imma wkoll car wash u post kummerċjali.

Il-gazzetta Malta Today qed tirrapporta li residenti fl-inħawi u għaqdiet ambjentali qed jopponu l-iżvilupp ta’ din il-pompa tal-petrol, li se tiġi żviluppata f’post rurali ‘l barra miż-żona tal-iżvilupp fejn irid jiġu rispettat il-karatteristiċi tal-post. It-tribunal ikkonkluda li l-Awtoritá ma ressqitx raġunijiet suffiċjenti sabiex tinbidel ir-rakkomandazzjoni tad-Direttorat għall-Ippjanar biex l-iżvilupp jiġi approvat.

Għalhekk il-bord intalab biex jerġa’ jirrikonsidra l-applikazzoni mressqa. Jekk tiġi approvata, huwa mistenni li din il-pompa tal-petrol tieħu post oħra li diġá hemm fil-Mosta.

More in Politika