L-Ewroparlamentari Malti Francis Zammit Dimech inħatar uffiċjalment membru tal-Parlament Ewropew mill-President Antonio Tajani. Aktar tard illejla se jkun qed jagħti wkoll l-ewwel diskors tiegħu fil-Parlament Ewropew waqt il-plenarja fi Strasburgu. Id-diskors se jkun qed jikkonċerna l-Erasmus.
Mal-ILLUM, Francis Zammit Dimech ħabbar li fil-ġranet li ġejjin huwa mistenni li jingħata r-responsabbilitá tal-ewwel rapport. Infurmati li wisq probabbli se jkun jikkonċerna l-midja. Francis Zammit Dimech inħatar membru tal-Parlament Ewropew fl-elezzjoni każwali li saret f’Lulju għadda biex jimtela l-post vakanti ta’ Therese Comodini Cachia, li nħatret fil-Parlament lokali fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet. Huwa se jkun qed ipoġġi wkoll fl-istess kumitati dak legali (JURI) u tal-kultura (CULT).