Delia jikkonferma telefonati mid-Dar Ċentrali biex it-tesserati ma jivvutawlux

Adrian Delia jgħid li ressaq ilment dwar telefonati mid-Dar Ċentrali biex it-tesserati ma jivvutawlux

Delia vs. Said fl-aħħar dibattitu qabel jinħatar Kao tal-PN
Delia vs. Said fl-aħħar dibattitu qabel jinħatar Kao tal-PN

Fl-unika parti imqanqala tal-aħħar dibattitu fil-kampanja għal Kap ġdid tal-PN, Adrian Delia sostna li l-'establishment' tal-PN huma dawk in-nies li kienu qed iċemplu mid-Dar Ċentrali "biex jgħidulhom ma jivvutawlix." Meta Chris Said beda kontinwament jgħidlu biex isemmi l-ismijiet u li "m'għandux guts" jgħid min huma n-nies tal-establishment Delia qal li għadda l-informazzjoni kollha li waslet għandu lill-Kummissjoni Elettorali li qed tmexxi din l-elezzjoni partikolari.

Dan jikkonferma l-istorja li kienet ippublikata fuq il-gazzetta ILLUM ta' nhar il-Ħadd li għadda li żvelat kif kienu qed isiru telefonati mid-Dar Ċentrali u saħansitra laqgħat fid-djar tat-tesserati, inkluż mill-kap uxxenti Simon Busuttil, biex it-tesserati ma jivvutawx lil Delia. L-ILLUM żvelat ukoll kif numru ta' tesserati għal għomorhom ma' ngħatawx id-dokument tal-vot minħabba raġunijiet differenti. 

L-aħħar dibattitu kien immarkat minn numru ta' botti u risposti bejn il-kandidati l-aktar fuq l-akkuża ta' Chris Said li b'Delia bħala Kap il-PN isir 'fotokopja' tal-PL. Minkejja dan, it-temi li ġew diskussi bejn il-kandidati kienu jduru ma' numru ta' stqarrijiet li ġew eżawriti matul dawn l-aħħar ġimgħat, fosthom dwar il-bżonn li l-partit jiġbed lejh iż-żgħażagħ. 

More in Politika