Jirriżenjaw erbgħa mis-seba’ membri tal-unjin tal-cabin crew

Ir-riżenji jaslu wara li l-Ministru Konrad Mizzi qal li lest li jagħlaq il-linja nazzjonali tal-ajru 

Ritratt | Air Malta Facebook
Ritratt | Air Malta Facebook

Erbgħa mis-seba’ membri tal-Unjin tal-Cabin Crew (UOCC) irriżenjaw minn membri tal-kumitat bi protesta kontra l-pożizzjoni li l-istess unjin ħadet fid-diskussjonijiet li kellha mal-Gvern.

Maltatoday qed tirrapporta kif il-unjin iddiskutiet il-possibilitá ta azzjonijiet industrijali biex il-linja nazzjonali tal-ajru taċċetta t-talbiet tagħha, li kienu jinkludu ż-żieda fil-pagi u li ħaddiema part-time li kienu twaqqfu jiddaħħlu lura għax-xogħol.

Il-Ministru Konrad Mizzi saħaq li jekk l-impjegati u l-unjins mhux se jifhmu li jridu jaħdmu mal-kumpanija u l-Gvern biex l-Air Malta terġa’ tqum fuq saqajha, ma kienx se jkollu għażla oħra ħlief dik li jagħlaq il-kumpanija u jerġa’ jiftaħa b’impjegati ġodda.

More in Politika