Il-Partit Demokratiku biddel xi ftit l-attitudni tiegħu fil-konfront ta' Adrian Delia. Minkejja li sa ftit wara li kien elett, il-Kap tal-PD Marlene Farrugia qalet li mhux idoneu jmexxi lill-PN u li t-tmexxija tiegħu kienet tfisser li l-PN sar bħall-PL, illum il-PD awgura lil Adrian Delia "ħidma sfieqa imsejsa fuq l-għatx għall-governanza tajba."
Il-PD ma kienx lest ma jikkontestax l-elezzjoni każwali tal-lum, u b'hekk jag]mel it-triq ta' Delia iktar faċli. Fil-fatt l-elezzjoni tal-lum, li minnha kiene elett Peter Micallef, saret preċiżament għax il-PD ried jikkontesta. Kienet il-gazzetta ILLUM li żvelat kif il-PD kellu ħafna influwenza fuq il-kwistjoni tas-siġġu Parlamentari, hekk kif kellu deputat f'kull distrett taħt il-lista tal-PN.
"Issa li l-qiegha qagħdet u l-Partit Nazzjonalista, għażel u kkonferma l-mexxej gdid tiegħu, u sab it-triq ukoll kif ser itellgħu fil-Parlament ,biex ikun Kap tal-Oppożizzjoni, il-Partit Demokratiku ser jħares il-quddiem, lejn il-ħolqien ta' Oppozizzjoni xierqa li tirrapreżenta dak li jistenna minnha l-Poplu Malti u Ghawdxi kollu," sostniet l-istqarrija.
"Il-Partit Demokratiku ser jissokta jiskrutinja x-xogħol tal-Gvern, filwaqt li jwitti u jħejji t-triq biex il-poplu jagħraf fl-Oppozizzjoni, Gvern ġdid alternattiv li jħares lin-nies huma minn huma, huma ta' liema eta' huma."
Minkejja din l-istqarrija għadu mhux magħruf x'se jiġri mill-koalizzjoni pre-elettorali li l-PN kien għamel mal-PD. Matul il-kampanja għall-Kap ġdid tal-PN Delia kien indika illi kieku kien hu Kap qabel l-aħħar elezzjoni ka kienx jifforma koalizzjoni mal-PD.