Adrian Delia għadu kif ħa l-ġurament illi permezz tiegħu hu ħalef lealtà lejn il-poplu hekk kif sar Deputat Parlamentari. Dan ifisser ukoll illi issa Delia huwa l-Kap tal-Oppożizzjoni, u dan wara proċess li deher xi ftit ikkumplikat għal-bidu. b'reżistenza minn ħdan il-PN stess. B'hekk Delia issa huwa, kemm kap tal-PN kif ukoll Kap tal-Oppożizzjoni u allura mistenni li ħafna għajnejn ikunu fuqu fi żmien ġimgħa meta jkun qed jindirizza r-replika tal-Baġit, jew inkella d-diskors ta' madwar sagħtejn illi fih iwieġeb għall-baġit u l-miżuri li se jkun hemm fih.
Wara l-elezzjoni każwali u r-riżenja ta' Peter Micallef, l-Eżekuttiv tal-PN approva l-co-option ta' Delia b'mod unanimu.