Il-Kamra tal-Avukati bi studju għat-tisħiħ tas-saltna tad-dritt

Kif tlesti dan l-istudju, il-Kamra tal-Avukati se tippubblika l-proposti tagħha. 

Il-Kamra tal-Avukati se tikkummissjona studju biex tanalizza bir-reqqa defiċjenzi strutturali u nuqqasijiet fil-liġijiet tal-pajjiż.

Il-Kamra tal-Avukati qalet li se tkun qed tagħmel dan l-istudju wara t-tħassib ġenerali li hawn fil-pajjiż li s-saltna tad-dritt tinsab taħt pressjoni bla preċedent. Dan huwa ta’ tħassib għall-Kamra, li temmen li huwa kruċjali f’demokrazija.

Matul dan l-istudju, l-Kamra tal-Avukati se teżamina bir-reqqa l-pożizzjoni tal-infrastruttura legali tal-pajjiż u tagħmel proposti konkreti dwar kif tista’ tissaħħaħ is-saltna tad-dritt f’Malta. Se teżamina wkoll proposti li diġà jeżistu li iżda ma ġewx attwati.

Kif tlesti dan l-istudju, il-Kamra tal-Avukati se tippubblika l-proposti tagħha.

Huwa ppjanat li meta dan l-istudju jkun lesti u l-proposti ppubblikati, fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla ssir konferenza nazzjonali dwar is-saltna tad-dritt.

More in Politika