Kamra tal-Konferenzi fil-PE se tissemma għal Caruana Galizia

  • Bi qbil unanimu l-kamra tal-konferenzi se tissemma għall-ġurnalista Maltija kif żvelat l-ILLUM
  • Intqal li l-Europol għandha tagħti sehma wkoll biex jinstab minn kien wara l-qtil ta' Caruana Galizia 

Il-kamra tal-konferenzi tal-aħbarijiet fi Strasburgu se tissemma għal Daphne Caruana Galizia, kien il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani li qal dan waqt diskors li għamel waqt is-sessjoni plenarja tal-Parlament fi Strasburgu.

Il-PE b'diskorsi dwar Caruana Galizia
Il-PE b'diskorsi dwar Caruana Galizia

Antonio Tajani kkonferma kif żvelat l-ILLUM ilbieraħ kif din is-sala kienet se tissemma għall-ġurnalista Maltija.

Tajani saħaq li l-Parlament Ewropew mhux se jistrieħ sakemm jinstab min kien wara l-qtil ta’ Caruana Galizia u għalhekk appella għall-involviment tal-Europol fl-investigazzjonijiet li jinsabu għaddejjin.

Il-familja Caruana Galizia fil-gallerija tal-PE
Il-familja Caruana Galizia fil-gallerija tal-PE

Antonio Tajani tkellem dwar il-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia u ddeskriviha bħala mara kuraġġuża u ġurnalista kbira. Qal li Caruana Galizia fehmet xi il-veru professjoni tal-ġurnaliżmu, li tinvestiga l-verità bla ma tħares lejn wiċċ ħadd.

Enfasizza li ma beżgħatx taqdi dmirha sal-aħħar. Huwa esprima solidarjetà flimkien mal-eluf ta’ Maltin li l-Ħadd li għadda ħarġu fit-toroq biex jitolbu li ssir ġustizzja.

Minuta silenzju waqt il-plenarja fi Strasburgu
Minuta silenzju waqt il-plenarja fi Strasburgu

Preżenti fil-gallerija tal-Parlament fi Strasburgu kien hemm il-familja ta’ Daphne Caruana Galizia, li nqatlet fis-16 ta’ Ottubru li għadda b’karozza bomba.

Wara d-diskors ta’ Tajani nżammet minuta silenzju għall-memorja tal-ġurnalista Maltija.

More in Politika