Kristy Debono ġiet eletta President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista hekk kif ġabet 638 vot.
Il-kandidat l-ieħor, Ċensu Galea, ġab 622 vot.
Fl-elezzjoni vvutaw 1,276 membru tal-Kunsill Ġenerali mill-1,302 kunsillier li ġabru d-dokument tal-vot, jew 98% ta’ dawk li kellhom id-dokument tal-vot.
Eletti 18-il membru fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista
Waqt l-elezzjoni fil-Kunsill Ġenerali ġew eletti wkoll 18-il membru tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Il-membri eletti huma:
Irġiel: Ivan Bartolo, Jerome Caruana Cilia, Robert Cremona, Jean Pierre Debono, Mario Frendo, Ċensu Galea, Alex Perici Calascione, Pierre Portelli u Mark Anthony Sammut.
Nisa: Amanda Abela, Roselyn Borg Knight, Graziella Galea, Paula Mifsud Bonnici, Veronica Perici Calascione, Lisa Spiteri, Louise Tedesco, Evelyn Vella Brincat u Francesca Zammit.