Aġġornata| Tasal it-titjira li għamlet ħin Ruma minħabba theddid

It-titjira tal-Air Malta KM613 minn Ruma għall-ajruport ta' Malta ġiet ittardjata minħabba theddid.

Wasal l-ajurplan tal-Air Malta li iktar kmieni illum, kellhu jgħaddi minn eżercizzju ta' approvazzjoni tas-sigurtà wara theddid.

Iktar kmieni illum, it-titjira tal-Air Malta ġiet ittardjata minħabba theddid. Kienet propju il-pulizija Taljana, li għaddiet din l-informazzjoni lil linja tal-ajru.

It-titjira kienet skedata li titlaq minn Fiumicino fl-10.10am u tasal f'Malta fl-11.35am.

Għalhekk il-linja ta 'l-ajru għamlet eżercizzju fejn il-passiġġieri u l-bagalji tagħhom  ġew iċċekjati 

Xorta ma ngħatat l-ebda informazzjoni dwar it-tip ta' theddida.
 

More in Politika