Fil-Paradise Papers qed jissemmgħu numru kbir ta’ persuni b’nazzjonalitajiet differenti li allegatament għandhom interessi b’kumpaniji f’Malta.
Fost l-aktar li hemm huma Indjani, Spanjoli u Messikani.
Fost dawn hemm Messikani b’passaporti Spanjoli, li għandhom ishma f’kumpanija li hija parti mill-kumpaniji tal-grupp Barceló, li hija katina ta’ lukandi reġistrata f’Palma de Majorca fi Spanja.
Kumpanija oħra kbira Spanjola b’interessi f’Malta mill-Paradise Papers hija wkoll l-Grupo Salinos.
Spanjol ieħor huwa l-ekskantant tal-grupp Mecano, li llum hu pittur, u li għandu interessi f’kumpanija f’Malta li ġiet irreġistrata aktar kmieni din is-sena.
Mill-investigazzjoni tal-ICIJ, l-attivist Indjan Niira Radja għandu interessi f’żewġ kumpaniji f’Malta. Apparti bosta ismijiet ta’ ċittadini Indjani oħra.
Uħud mill-Messikani li jissemmgħu fil-Paradise Papers, qed jingħad fil-midja internazzjonali, li għandhom konnessjonijiet mal-politiċi fil-Messiku, fosthom il-kuġini ta’ Gvernaturi u ħaten is-Segretarju Ġenerali tal-OECD.
Mill-Paradise Papers diġá ġie stabbilit li l-kantant tal-U2 Bono kellu kumpanija f’Malta li uża biex xtara supermarkit fil-Litwanja.