'Il-pajjiż kapaċi jingħaqad f’mumenti ta’ diffikultà'

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jiltaqa' mal-Arċisqof Charles Scicluna 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ltaqa’ mal-Arċisqof Charles Scicluna fejn sostna li f’mumenti ta’ diffikultà, pajjiżna jingħaqad flimkien u jsib l-aqwa soluzzjonijiet.

Adrian Delia qal li hu ta’ unur għalih li ftit tal-ġimgħat wara li ġie elett Kap tal-Partit Nazzjonalista qed jiltaqa’ mal-Arċisqof.

Sostna li l-mexxejja tal-pajjiż huma obbligati li jagħtu direzzjoni lill-poplu, b’mod partikolari f’mumenti ta’ diffikultà.

Il-laqgħa saret fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Floriana u Adrian Delia kien akkumpanjat mill-President il-ġdid tal-Kunsill Ġenerali Kristy Debono.

More in Politika