David Casa jitlob lill-KE tinvestiga lill-bank Pilatus

Dan wara li allegatament il-bank hedded lill-midja b'libelli 

L-MEP Nazzjonalista David Casa talab lill-Kummissjoni Ewropea biex tinvestiga lill-bank Pilatus. Casa bagħat ittra lill-Kummissarju Mariya Gabriel, fejn appellalha li tinvestiga allegazzjonijiet li l-bank hedded ġurnalisti.

L-MEP Malti sostna li l-prattika li tiġi ntimidata l-midja b’libelli multi-miljunarji, f’ġurisdizzjoni li hija ‘l barra mill-Unjoni Ewropea, hija waħda inaċċettabbli u titlob li jkun hemm rispons mill-istituzzonijiet Ewropej.

 

Fl-ittra David Casa appella lil Mariya Gabriel, li hija l-Kummissarju responsabbli mis-Suq Wieħed Diġitali biex tinvestiga dawn it-tip ta’ prattiċi.

Appella wkoll biex il-Kummissjoni toħroġ bi proposti li jipproteġu aħjar il-libertà tal-espressjoni, l-midja u d-dritt taċ-ċittadini Ewropej li jkollhom aċċess ħieles għall-informazzjoni.

More in Politika