L-istituzzjonijiet finanzjarji Maltin jilqgħu l-konklużjonijiet tal-PANA

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri jgħid li dan ir-rapport juri li Malta mhix 'tax haven'

Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji Silvio Schembri sostna li l-istituzzjonijiet finanzjarji f’pajjiżna kkonfermaw li Malta huwa pajjiż serju li jimxi mar-regoli tal-OECD u dawk Ewropej dwar is-sistema tat-taxxi u mhux minnu li pajjiżna huwa xi ‘tax haven’.

Is-Segretarju Parlamentari qal dan b’reazzjoni għal stqarrija konġunta li ħarġu l-Aġenzija Finance Malta, l-Kamra tal-Kummerċ ta’ Malta, il-Kamra tal-Kummerċ ta’ Għawdex u l-Istitut tal-Operaturi tas-Servizzi Finanzjarji wara l-konklużjonijiet li ħarġu mir-rapport tal-Kumitat PANA tal-Parlament Ewropew.

Silvio Schembri qal li b’dan ir-rapport il-Kumitat PANA qed isostni li Malta tirrispetta u timxi mar-regoli u għalhekk pajjiżna għandu standards għoljin tat-trasparenza u sistemi li qed jaħdmu kontra l-ħasil tal-flus u l-frodi tat-taxxa.

More in Politika