Approvata r-riżoluzzjoni dwar is-saltna tad-dritt f'Malta

  • Ir-riżoluzzjoni għaddiet b’466 vot favur 
  • Tressqet mill-gruppi politiċi kollha apparti s-Soċjalisti u Demokratiċi

Il-Parlament Ewropew approva riżoluzzjoni dwar is-saltna tad-dritt f’Malta, li ġiet imressqa lbieraħ fi tmiem id-diskussjoni li saret waqt is-sessjoni plenarja. 

Ir-riżoluzzjoni għaddiet b’466 vot favur, 49 kontra u kien hemm 167 astensjonijiet. Dan meta kien hemm 68 MEP oħra li ma pparteċipawx għall-vot. 

Ir-riżoluzzjoni tagħmel referenza għas-sitwazzjoni f’Malta wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, l-allegat imparzjalità tal-istituzzjonijiet kif ukoll it-tħaddim ta’ skemi fis-settur tas-servizzi finanzjarji, dawk taċ-ċittadinanza u l-bejgħ tal-passaporti. 

Ir-riżoluzzjoni tressqet mill-gruppi politiċi kollha fil-Parlament Ewropew apparti s-Soċjalisti u Demokratiċi.

Il-vot ittieħed illum wara li lbieraħ kien hemm dibattitu dwar is-saltna tad-dritt f’Malta li matulha uħud mill-MEPs appellaw lill-Kummissjoni Ewropea biex tinvestiga s-sitwazzjoni f’Malta.

Dan meta l-Kummissarju Ewropew Frans Timmermans saħaq li minn analiżi li wettqet il-Kummissjoni stess jirriżulta li li ma hawn xejn ħażin fl-istituzzjonijiet u li huwa konformi mal-liġijiet Ewropej. 

Ir-riżoluzzjoni tista' tinqara hawnhekk

More in Politika